¤ Home
¤ About Us
¤ Cast
¤ Tv Productions
¤ Ticket Reservations
¤ Gallery
¤ Guestbook
¤ Contact Us

About Us
Kelmtejn mid-direzzjoni:

All For One Productions hija kumpannija teatrali gdida, mwaqqfa f`Marzu tas-sena 2007, bil-ghan ewlieni taghha li taghti l-opportunita lil dawk kollha li ghandhom go fihom l-imhabba lejn it-teatru, imma rari jew qatt ma kellhom dik l-opportunita li jesegwixxu t-talenti taghhom.

Dan il-grupp gdid huwa maghmul minn bosta atturi zaghzagh, li l-imhabba li ghandhom lejn il-palk u d-determinazzjoni taghhom, wasslithom biex ghaqqdu dan il-grupp mimli energija u talent.

Ma hijiex holma facli li titwaqqaf produzzjoni. Kienet holma li biex twettqet kellha tinvolvi sagrificcji u mpenn kbir. Holma li minghajr id-determinazzjoni u l-ghajnuna ta`diversi nies li emmnu fina, xejn ma kien ikun possibbli.

All For One Productions fethet l-ewwel stagun teatrali taghha 2007/2008 bid-dramm HATI GHAX HABB. Nhar is-Sibt u l-Hadd 29 u 30 ta`Settembru, fis-6.30pm, fit-teatru ta`l-Istitut Kattoliku, l-Floriana. Dan id-dramm emozzjonali kien miktub minn Anthony Buttigieg u d-direzzjoni ta`dan id-dramm kienet tal-bravu Frederick Camilleri.

Dan id-dramm qawwi msejjes fuq storja vera, hadna lura fis-seklu hmistax, ambjentat fir-Renju Unit. Dramm li kien jitratta l-hajja ta`San Tumas More, Kancellier ta`l-Ingilterra. Grajja kbira ta`bniedem ta`principju, li ghax ma riedx jghix f`gidba u baqa lejali lejn it-twemmin li kien ihaddan, safa vittma tal-qilla tar-Re.

Wara din il-produzzjoni, ir-rispons kien kbir. Hafna kienu l-kummenti sbieh li kellna u l-awguri ghall-futur minn dawk illi attendew bi hgarhom ghall-dan id-dramm. Kienet produzzjoni li ntlaqghet tajjeb. Fil-fatt All For One Productions kif kien pjanat qabel ipprezentat t-tieni produzzjoni taghha dak l-istagun u nizel is-siparu wkoll gewwa t-teatru ta`l-Istitut Kattoliku, bl-ahhar kummiedja brillanti ` Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`. Kienet kummiedja li offriet saghtejn ta`divertiment, bil-karattru popolari ta`Spiru Cefai li kull fejn jersaq dejjem jivvinta xi praspura.

 F`din il-kummiedja rajna lill-Spiru Cefai ( parti mahduma minn Frederick Camilleri ) jigi maqbud bil-lieva u jkollu jidhol suldat fit-tieni gwerra dinjija taht il-Kaptan Zammit li kien gej minn familja ta`negozjanti. Certu negozjant iehor, Adeodato, xejn ma kien jingieb mal-familja tal-Kaptan u akkost ta`kollox ried illi jehles mill-Kaptan biex jilhaq in-neputi tieghu Roberto, halli ma jkollu ebda xkiel biex idahhal il-kuntrabandu f`Malta u jbiegh bil-`black market`. Ghal dan il-ghan hejja pjan u qabbad lil Cissy, tfajla sabiha biex tinhabb mal-Kaptan u tehodlu minn mohhu nformazzjoni li tista tghin biex dan jitkecca. Spiru bla ma kien jaf, kien qieghed jghin biex il-pjan ta`Adeodato jsehh. Mhux hekk biss, izda kellu salib kbir bis-surgent O`Hara ( parti mahduma minn John Dimech ), li donnu kien qisu d-dell tieghu, ghal kull haga ta`xejn iwahhal fih u jiehu gost jarah jigi kkastigat.

Bhala kastig Spiru Cefai jintbaghat fuq missjoni mpossibbli ma Roberto gewwa l-Afrika biex jaqbdu lill- Mussolini fid-dezert.  Izda gara li Adeodato li kien habib mat-taljani, rnexxielu jezgrada lill-Kaptan Zammit u dan tal-ahhar gie mnehhi fl- ahhar mumenti u postu hadu Roberto bhala Kaptan. B`hekk ghall-missjoni mpossibbli ntbaghtu issa Private Zammit u Spiru Cefai. Dawn gew imwaddba bil-parachute bil-lejl. Imma x-xitan m`ghandux halib. L-ajruplan ta`Mussolini ggarrab fid-dezert u nqala pandemoju shih. It-Taljani jfittxu lil Mussolini, suldati Nglizi jfittxu lit- Taljani, Mussolini jfittex l-ghajnuna. Spiru Cefai intilef fid-dezert, u biex tkompli tithawwad il-borma jitfaccaw zewg Gharab, Abdul Mustafa Mhux Wahdu, flimkien ma huh Abdul Mustafa t-tieni li jkomplu jhawwdu s- sitwazzjoni. U fl-ahhar tal-mazzita, kif jidhol fil-bicca s-surgent JPO? ( Parti mahduma minn Fabian Scerri De Carlo )  Tghid tkompli tithawwad il-borma jew ser jivvinta xi wahda minn tieghu? U kif terga tidhol Cissy fil-bicca?  

Din il-kummiedja ttellghet fit-teatru ta`l-Istitut Kattoliku nhar s-Sibt u l-Hadd 10 u 11 ta`Mejju, 2008

All For One Productions ghazlet uhud mill-aqwa element fix-xena teatrali fostom il-komici Frederick Camilleri li minbarra li kiteb din il-kummiedja kien ukoll id-direttur, John Dimech, Fabian Scerri De Carlo, Ronald Briffa u bosta atturi ohrajn.

Din il-produzzjoni ghandha diversi pjanijiet ghall-futur. Fil-fatt All For One Productions ser tiftah l-istagun teatrali 2008 / 2009 fl-4 u l-5 ta`Ottubru, fis-18.30pm, fit-teatru ta`l-Istitut Kattoliku bil-kummiedja ta`Fr H. Born, Amorini u Kanarini.

All For One Productions tapprezza mmensament kull rispons li jinghatalha. Permezz tal-appogg u l-`feedback` li nircievu, inkunu nafu fejn ahna u xi jridu l-udjenza. Qed nahdmu biex il-produzzjonijiet futuri jkunu ifjen u itjeb. Ahna nemmnu li biex produzzjoni titjieb verament, trid tkun bhal inbid; maz-zmien ittejjeb u tirfina l-prodott.

Id-direzzjoni tixtieq tirringrazzja mill-qalb lil Frederick Camilleri, d-Direttur tal-palk ghall-fiducja li dejjem wera lejn talent gdid, lill-atturi kollha li minn zmien ghall-zmien jiehdu sehem mal-produzzjoni, lill-isponsors kollha li wrew fiducja fil-produzzjoni, kif ukoll grazzi kbira mill-qalb tmur ghall-pubbliku li jattendi ghall-produzzjonijiet li ttella l-kumpannija. Nawgura lil kull min qed jaqra li jiddeverti permezz tal-produzzjonijiet taghna. Is-sodisfazzjon taghna huwa wiehed biss - dak li naraw lill-pubbliku jiehu pjacir u jiddeverti.



















 

 
Our Sponsors:
Storm Design
Piscopo Gardens LTD
Silvercraft Products LTD
Tel : 99897800
Tel : 21583755
Tel : 21898046
  J.G Ironmonger
  Huan Yuan Cantonese Restaurant
  Foto Studio - Independence
  Avenue - Mosta
Tel : 21484198
Tel : 99476702         
Tel: 21438825
 
   
 
Web Design, Maintenance and Hosting By :  Storm Design Malta - http://www.storm-design.net - info@storm-design.net
All designs (C) Copyright - Storm Design 1999 - 2008
All photos and video material (c) their respective authors.