¤ Home
¤ About Us
¤ Cast
¤ Tv Productions
¤ Ticket Reservations
¤ Gallery
¤ Guestbook
¤ Contact Us
Cast
 


Previous - Next

Direttur Tal-Palk - Awtur

Frederick Camilleri mhuwiex wicc gdid fil-qasam teatrali. Twieled fid-9 ta`Settembru 1962. Huwa mizzewweg lil Margaret u ghandhom zewgt itfal, Ian u Daniela. Ta`sitt snin beda jitghallem idoqq il-kitarra, minnfejn imbaghad nibtet fih il-hajra ghall-kant. Minn eta` zghira kien migbud ghall-palk. Huwa ha sehem f`diversi plays u mini musicals imtellghin mill-iskola fejn kien jattendi, kemm fil-livell primarju kif ukoll dak sekondarju.

Ta`sittax-il sena beda jikteb l-ewwel komposizzjonijiet tieghu. Fl-1985 beda jippartecipa fil-festivals, b`komposizzjonijiet originali tieghu stess, u minn hemm il-quddiem ma harisx lura u baqa jippartecipa fil-festivals principali li kienu u ghadhom isiru, fosthom Il-Kanzunetta Maltija ghall-Ewropa, L-Ghanja tal-Poplu u ohrajn. Fost il-komposizzjonijiet tieghu nsibu ‘Kuluri’, ‘Idejn Felhana’, ‘Glieda’, ‘Metropoli’, ‘Jien Naf Bniedem’, ‘Let Tomorrow Be Today’, ‘Jiem Ta`Mhabba’, ‘Jiem Ahjar’, ‘Maghqudin Nibnu Futur’, ‘Wicc Is-Sema’, ‘Wara l-Kwinti’, ‘Leggenda Fi Djarju’, ‘Tabu’, ‘Nisthajlek’, ‘Dalwaqt’ ‘Meta’, ‘Fejn Stahbew’, ‘Kalejdoskopju’, ‘Mhux Minnu’, ‘L-Album Tal-Millenju’, ‘Propaganda Ddoqq l-Iskotti’, ‘Rekord Fuq Rekord’, ‘Tell Me Why’, ‘Bla Ma Staqsewk’ u hafna komposizzjonijiet ohra.

Fl-1993 il-komposizzjoni ‘Crossing The Globe’ ( Awtur Mario Fenech Caruana ) irrapprezentat lil Malta fil-Commonwelth Song Competition. Huwa kiteb ukoll s-Signature Tunes ta`diversi programmi televizivi fosthom ‘Burdati’, kif ukoll kiteb diversi kanzunetti b`toghma umoristika fosthom ‘Id-Dipressjoni’, u ‘Hu Pacenzja’.

Il-pinna tieghu nistghu nghidu li ma waqfet qatt, tant li kiteb ukoll il-lirika tar-Rock Opera ‘Is-Siegha tal-Bdiewa’, kif ukoll il-kliem u l-muzika ta`tlett musicals li huma ‘Gesu ta`Nazareth’ ( 1997 ), ‘Scrooge’ ( 1998 ) u l-Hotbi ta`Notre Dame ( 1999 ).

Frederick mhux mitfugh biss fuq kanzunetti imma anke ghandu hafna xogholijiet ghall-palk u t-televizjoni. Frederick adatta ghall-palk id-drammi `Is-Salib tal-Fidda`, `Les Miserables`, u `Madame X`. Kiteb ukoll diversi kummiedji fosthom `Spiru Cefai F`Missjoni Sigrieta` u erba`kummiedji tal-Avukat Gawdenz Bilocca.

Il-kitba tieghu kellha x`taqsam ukoll ma `radio serial` bl-isem ta`Peppina u Gawdenz` u ghat-televizjoni kiteb xi episodji mis-sensiela `Issa Naraw`. Kiteb ukoll ghaxar episodji mis-sensiela popolari `Wenzu u Rozi, adatta ghat-televizjoni `Is-Salib Tal-Fidda` fuq One Tv, `Delitti F`Malta` u huwa l-awtur ukoll tas-sensieliet popolari kollha li dehru fuq One Tv, `L-Avukat Gawdenz Bilocca` , li taghha kien ukoll id-Direttur. Kiteb ukoll id-dramm `Madre Teresa` fejn mhux biss kiteb l-iskript, izda kiteb ukoll xi temi muzikali, mahluqa apposta f`dan id-dramm.

Bhala attur l-esperjenzi tieghu kienu bosta. Ha sehem f`diversi musicals fosthom `Pawlu 2000`, `Rega Sebah`, `Gesu Ta`Nazareth`, u `Scrooge`. Huwa ha sehem ukoll f`bosta drammi u kummiedji ohra kemm fuq palk u anke fuq it-televizjoni. Minbarra li Frederick kien id-Direttur tad-dramm Hati Ghax Habb, hu nterpreta wkoll il-parti tad-Duka ta`Norfolk. Camilleri kkompona apposta s-siltiet muzikali kollha li smajna f`dan id-dramm, kif ukoll kiteb t-tema muzikali li ntlaqghet ferm tajjeb mill-pubbliku prezenti - `Hati Ghax Habbejt`. Ta`min isemmi wkoll illi f`Mejju li ghadda, Frederick Camilleri minbarra li kiteb u dderiega l-kummiedja `Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`, interpreta wkoll il-parti ta`Spiru Cefai. Nistghu nghidu li Frederick sar parti minn All For One Productions, peress illi huwa jidderiegi kull produzzjoni li ttella din il-kumpannija. Huwa jemmen hafna fit-talent zaghzugh. Ghall-futur din il-kumpannija ser ittella diversi xogholijiet miktuba minn Frederick stess kemm drammi u anke kummiedji. Id-direzzjoni tirringrazzja lil Frederick ghall-irgulija tieghu u l-fiducja li dejjem wera lejn il-kumpannija u tawguralu aktar u aktar successi.

 


 
Previous - Next

Anthony Buttigieg twieled fit-23 ta`Lulju, 1986. Ilu nvolut fix-xena teatrali sa minn meta kien ghadu zghir. L-ewwel darba li tela fuq palk meta kien ghadu l-iskola, fejn interpreta l-parti ta`San Guzepp fil-mima tal-Milied tat-tfal. Meta kellu 17-il sena gie avvicinat minn Joanne Debrincat, u beda jiehu sehem fil-pagent tal-passjoni ta`kull sena, ma`l-Ghaqda Drammatika Ghajnsielem fejn ghadu jippartecipa sa llum. Ftit snin ilu beda jiehu l-korsijiet tad-drama ma Bronk Productions u kellu x-xorti jahdem ma diversi Diretturi f`Malta fostom Simon Curmi, Dominic Said, Lino Farrugia, John Suda u Frederick Camilleri. Anthony ghandu ghall-qalbu ferm l-arti tal-kitba. Jiftakar li l-ewwel darba li kiteb sketch ghall-palk haditlu l-fuq minn tlett xhur biex kitibha, meta kien ghadu jattendi l-Museum tar-rahal. Huwa beda jiehu l-korsijiet tal-`Script Writing`. Dawn il-korsijiet ghenuh jitkisser f`din is-sengha, li titlob preparazzjoni u qari assidwu, tahrig kontinwu u ricerka twila. Id-drammi huma fost l-aktar li jhobb jikteb ghax ihoss li fihom jesprimi aktar ruhhu u l-karattru tieghu. Anthony ha sehem f`diversi produzzjonijiet li tellghu Bronk Productions – Majsi fil-Honeymoon, Thomas More, Ftakar Dejjem li Nhobbok, u fil-ftuh tal-istagun teatrali bid-dramm Min Jghix bit-Tama, b`dawn l-ahhar tlett drammi kitba tieghu stess. Huwa ha sehem ukoll f`diversi performances li ttellghu fl-end of courses. Anthony huwa l-awtur tad-dramm Hati Ghax Habb, l-ewwel performance li tellghet All For One Productions. Huwa jemmen li f`Malta hawn hafna li ghandhom talent biss ftit hawn opportunitajiet. Jghidilna illi dan huwa l-iskop wara All For One Productions; li jinghataw l-opportunitajiet lill-atturi godda.  Anthony jixtieq li ghall-futur isib aktar hin jikteb xogholijiet ghall-fuq il-palk u anke ghat-televizjoni, biex bihom jaghti aktar opportunitajiet lil dawk iz-zaghzagh li ghandhom ghall-qalbhom l-arti tar-rectar. Anthony huwa d-Direttur ta`All For One Productions.


Previous - Next

Jean Pierre Grech


Previous - Next

Andrew Haig twieled fid-9 ta`Gunju, 1964 u joqghod tas-Sliema. Huwa mizzewweg lil Marisa u ghandhom tifla, Cristina. Andrew ghandu ferm ghall-qalbu l-palk u t-televizjoni. Ghalkemm Andrew ma jirrectax, huwa jaghmel xoghol utli ferm f`kull produzzjoni li ttella All For One Productions, dak illi jghin fil-bini u l-armar tas-sett, peress illi ghandu s-sengha ta`mastrudaxxa. Huwa jiehu hsieb li jipprepara l-props ghall-kull produzzjoni u ghandu f`idejh t-tmexxija tal-backstage filwaqt illi jara li kollox jimxi sew minn wara l-kwinti. Andrew huwa wiehed mid-Diretturi ta`All For One Productions.


Previous - Next

Stephanie Sacco twieldet fit-22 ta`Mejju, 1987. Hija attrici zaghzugha promettenti. Ilha involuta fuq il-palk ghal dawn l-ahhar hames snin, imma minn dejjem kellha go fiha l-imhabba lejn it-teatru. L-ewwel darba li telghet fuq il-palk kien meta kellha biss tmien snin u kienet irrectat il-parti ta`Heidi, mal-iscouts group tan-Naxxar. Hames snin ilu tat spinta l-quddiem lil karriera taghha u bdiet tiehu l-korsijiet tad-drama, kemm rectar ghall-palk u anke ghat-Tv. Hadet ukoll xi korsijiet tal-make up. Hija hadet sehem f`numru ta`produzzjonijiet, kemm ma l-istess kumpannija u anke ma kumpanniji ohra fostom f`Bint l-Imhabba, Rapunzell ghall-Eurovision, Shab, Grajja ta`Kxif, Ftakar Dejjem li Nhobbok, Min Jghix bit-Tama ( Dramm ), L-Ikkundannati, u L-Imbrolji tal-Kunjata. Hija kellha wkoll parti principali fid-drammi `Meta Jintefa d-Dawl` u `Avukati 247` tal-kumpannija Curtain Call li ttella fis-Sala Sir Temi Zammit u l-MITP rispettivament. Hija hadet sehem f`partijiet sekondarji f`Qieghdin sew, Emma - Emilio Lombardi, kif ukoll f`Sahta fuq Uliedi. Kellha x-xorti tahdem ma uhud mill-aqwa diretturi f`Malta fostom; Lino Farrugia, John Suda, Dominic Said, Tonio Vella, Simon Curmi u issa Frederick Camilleri. Ricentament, Stephanie qed tahdem parti televiziva ma Hermann Bonaci Productions fis-`Soap Opera`, Gheruq. Stephanie tixtieq tkompli tistudja aktar bis-serjeta din l-arti ghax it-teatru illum il-gurnata sar parti mportanti hafna ghaliha u ma timmaginax hajjitha minghajr dan id-delizzju daqstant sabih. Il-holma taghha hija li tkompli tiehu sehem f`aktar produzzjonijiet kemm fit-teatru u anke fuq it-televizjoni. Ghall-futur Stephanie hija fil-pjanijiet ta`All For One Productions u jidher li ser tkun impenjata sew ma din il-produzzjoni. Filwaqt illi nawgurawlha success inwieghduha l-kooperazzjoni taghna. Stephanie interpretat il-parti principali ta`Lady Alice, fid-dramm Hati Ghax Habb kif ukoll il-parti ta`Cissy fil-kummiedja `Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`.

Melanie Tonna twieldet fis-27 ta`Novembru 1986. Toqghod Birzebbugia. Id-drama minn dejjem kienet ghal qalb Melanie, sa minn mindu kienet ghadha l-iskola, tant li ppartecipat f`diversi serati li kienu jittellghu fl-iskejjel li kienet tattendi kemm dawk primarji u anke fil-livell sekondarju. Kien fl-2002 illi tat spinta l-quddiem u bdiet tiehu il-korsijiet tad-drama mal-kumpanija Bronk taht it-tutor Domnic Said. Fl-2003 hadet sehem fl-ewwel dramm muzikali bl-isem ta`Bint l-Imhabba b’direzzjoni ta’ Lino Farrugia kif ukoll fil-panto ta`dik is-sena ma Bronk Productions `Rapunzell fil-Eurovision- Din id-darba nirbhu zgur!` taht id-direzzjoni ta` Simon Curmi. Fl-2004 kompliet tattendi ghall-korsijiet ma l-istess kumpannija fejn hadet il-`Best in Class` u apparti korsijiet tad-darma fuq il-palk hadet ukoll tahrig ghat-televizjoni taht it-tutor Lino Farrugia. Minn dak iz-zmien qatt ma harset lura u u fis-Sajf hadet il-crash course u anke korsijiet tad-drama ma`John Suda. Hija hadet sehem ukoll fil-musical `Fever` The Madonna Story - imtella minn Louie Noir b’direzzjoni taz-Zepp. Hadet sehem ukoll fil-performance Dun Benit fid-dar tas-soru b’direzzjoni ta`John Suda ma Hermann Bonaci Productions, Thomas More, Min Jghix bit-Tama u fid-dramm Ftakar Dejjem li Nhobbok ta`Anthony Buttigieg.

Fi produzzjonijiet televizivi hadet sehem fil-produzzjonijiet popolari tas-Sur Gawdenz Bilocca ta`Frederick Camilleri, Sahta Fuq Uliedi ta`Dominic Said kif ukoll fis-sensiela Il-`Principal` ma Hermann Bonaci Productions. Melanie bhalissa tinsab barra minn xtutna biex tkompli l-istudji akkademici taghha. Hija qieghda thares il-quddiem ghal futur teatrali mal-kumpanija All For One Productions.


Previous - Next

Ryan Muscat mhuwiex wicc gdid fuq il-palk. Ilu nvolut f`din l-arti diversi snin. Ryan nistghu nghidu li ghandu esperjenza vasta, peress illi hadem f`numru ta`produzzjonijiet kemm ghall-palk u anke ghat-televizjoni. Minkejja li normalment lil Ryan narawh f`partijiet serji, huwa nterpreta wkoll partijiet komici fost l-aktar li spikka fis-sensiela Qieghdin Sew fuq One TV. Huwa ha diversi korsijiet tad-drama li fihom ha wkoll il-best in class. Ryan ghadda minn taht idejn diversi tutors li llimawh biex jitjieb aktar f`dan it-talent u ghenuh jimxi l-quddiem fil-karriera tieghu fostom Frederick Camilleri, Alfred Mallia, Bryan Muscat, David Darmanin, Rev. Gwann Abela OFM, Patrick Vella u John Suda. Huwa kellu x-xorti juri t-talent tieghu barra minn xtutna, meta hadem fil-produzzjoni `The Doctor And The Devils`, mall-kumpannija Curtain Raiser, li ttellghet fl-Universita Di Macerata, l-Italja. Ryan ha sehem fost l-ohrajn fid-drammi - Madre Tereza, Il-Hotbi ta`Notre Dame, Toni Bajjada - L-Eroj tal-Assedju l-Kbir, Il-Ligi taz-Zwieg Miksura, Barabbas ( Istitut Kattoliku ), Tislih is-Serp, L-Istatwa ( St James Cavalier ), Episodji ta`Prostituta ( Bay Street Complex ), Tamietna, Helsien ( Teatru San Duminku Savio, Birkirkara ). Fuq it-televizjoni huwa ha sehem fis-sensiliet Under Cover, Kurrenti, l-Madonna tac-Coqqa u issa ricentament fis-sensiela popolari Santa Monika. Ryan interpreta l-parti tas-sur Adeodato fil-kummiedja`Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`.


Previous - Next

Dorian Micallef twieled fl-20 ta`Jannar, 1971. Ir-rectar illum iqisu bhala haga integrali minn hajjtu, wara l-familja u x-xoghol. Huwa beda jiehu l-korsijiet tad-drama ma Bronk Productions fl-2004, bl-ewwel tutor tieghu ikun Dominic Said. Huwa ha wkoll aktar courses kemm ta`rectar ghall-palk u anke ghat-televizjoni ma John Suda, fejn fl-2005 huwa ha l-best in class ukoll. Huwa jqis li John Suda ghenu hafna jimxi l-quddiem ghax baqa jiehu sehem regolari f`diversi produzzjonijiet kemm mal-istess Bronk Productions u anke ma kumpanniji ohra li gharfu t-talent ta`Dorian. Huwa hadem ma diversi Diretturi fostom Pawlu Micallef, Ninu Borg, John Suda, Frederick Camilleri, Anthony Ellul, u Tonio Vella. Huwa kellu diversi partijiet fuq it-televizjoni fostom F`Gawdenz Bilocca, Fredu l-Fra, Qieghdin Sew, fil-film ghac-cinema Qerq u anke fis-sensiela Giselle. Huwa kellu wkoll partijiet fis-sensiela Qalb in-Nies u fil-film Marcellino li fih interpreta l-parti ta`Fra Pappina. Bhalissa huwa jinsab ghaddej bil-parti tieghu fis-sensiela televiziva `Marvin` fuq One Tv. Ghall-palk is-sehem tieghu ma kienx b`inqas. Huwa ha sehem fil-produzzjonijiet, Tan-Nanna Helu Manna, Fisser Ruhhek Sewwa Ton, Marcellino, In-Ninfa ta`Calypso, Amorini u Kanarini, Ghassa Lapsi, Il-Majsi u l-Fiera tal-Kappillan, Kostantinu, Ir-Ritz, Meta Jintefa D-Dawl, Noli Taht il-Friex mal-komiku Hector Bruno, kif ukoll ha sehem fil-Pagaents tal-Passjoni, It-Triq tas-Salib u Gesu ta`Nazareth Sultan tal-Lhud, f`dan ta`l-ahhar interpreta l-parti ta`Guda l-Iskarjota. Ricentament huwa nterpreta l-parti principali ta`Cromwell fid-dramm Hati Ghax Habb ma All For One Productions, taht id-direzzjoni ta`Frederick Camilleri. Ta`min jghid li Dorian gie avvicinat biss hmistax qabel il-performance biex jinterpreta din il-parti, peress illi min kien ser jaghmilha sfortunatament irtiraha minhabba impenji ta`xoghol u ma setax ikompli. Id-Direzzjoni tirringrazzjah ghall-dan il-gest sabih. Dorian interpreta wkoll ma All For One Productions il-parti tal-Kaptan Zammit fil-kummiedja` Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`.

 
James Fenech beda jirrecta mindu kien ghadu l-iskola. Il-palk minn dejjem kien jaffaxxinah. L-ewwel darba li tela fuq il-palk kien meta kellu biss seba`snin. Ftit tas-snin ilu beda jiehu l-korsijiet tad-drama u apparti li sab tutors mill-aqwa fostom l-istess Frederick Camilleri, li minghandhom tghallem hafna, sab ukoll diversi persuni li ghenuh jibni aktar il-karattru tieghu u l-arti tar-rectar. Ghandu hafna esperjenzi ta`rectar, kemm fuq it-televizjoni u anke fuq il-palk. Hadem fis-sensiliet popolari Delitti f`Malta, UC5, Nirien ta`Mhabba, Qieghdin Sew, s-Sur Gawdenz Bilocca, L-Ispettur Lowell, Stejjer ta`Wara t-Tmienja u anke Fredu l-Fra. Fuq il-palk l-esperjenzi tieghu kienu bosta; Guzeppi Mattew Callus, Bint L-Imhabba, s-Sur Gawdenz u l-kontest ta`Miss World, Skrug, il-Panto tal-Milied ta`Charles Chaplin, Dak Testment, Tigi Saltnatek, Tektikielu, Onhor Kerha Onhor (Bronk Panto 2004), Boyfriend ghall-Rosanna, Waslet is-Siegha ( Passjoni ), Imbrolji f’Imbrolji ( Kummiedja ). James hadem ukoll diversi drabi bhala Stage Manager mal-Attur u Direttur stabbilit, Joe Quattromani. James interpreta l-parti tal-Gwardjan fid-dramm Hati Ghax Habb, ma`All for One Productions.


Previous - Next

Tiziana Deguara ghandha 26 sena. Sa ftit snin ilu l-palk kien ghaliha li tmur tara xi produzzjoni teatrali jew sensiela televiziva. Biss ir-rectar minn dejjem kien ghal qalbha. Thajjret tiehu xi korsijiet tad-drama u skopriet dinja ohra. Hija kellha esperjenzi ma whud mill-aqwa diretturi f`Malta, Albert Marshall u Frederick Camilleri. Infatti hadet diversi korsijiet ta`rectar ghall-palk u Tv taht dawn it-tutors. Hija hadet sehem f`diversi produzzjonijiet li jittellghu fl-end of courses fosthom fid-dramm, `L-Imhabba sal-Mewt`, kif ukoll kellha l-parti principali fil-produzzjoni `Zjara bla Hsieb`. Hija hadet sehem ukoll f`partijiet sekondarji fis-sensiliet popolari l-Avukat Gawdenz Bilocca, Qieghdin Sew u dan l-ahhar fil-film Qerq. Tiziana interpretat il-parti ta`Mara Fqira fid-dramm Hati Ghax Habb.


Previous - Next

Joe Carbonaro ghandu 51 sena, minn Santa Venera. Ihobb hafna l-futbol u r-rectar. Minn meta kien zghir kien ihobb jirrecta , imma ghenu jiehu spinta l-quddiem Father Louis Bajjada. Ta`14-il sena beda jiehu l-korsijiet tad-drama ma Sta. Venera Dramatic Group. L-ewwel parti li hadem kienet tal-Prokuratur Pontius Pilatu. Hadem diversi partijiet extras fuq it-televizjoni fostom fis-sensiliet popolari Under Cover, Delitti Maltin, Tradiment u Santa Monika. Ihobb jirrecta kwalunkwe parti pero joghgbuh l-aktar id-drammi jew ahjar ihobb jinterpreta lil xi hadd ta`qawwa ghax fih ihoss li jkun qed johrog aktar il-karattru tieghu. Joe ferah hafna meta ghednielu biex jinterpreta l-parti tar-Re Enriku VIII u qalilna li ser tkun sfida ghalih li jinterpreta din il-parti wara xi snin nieqes fuq il-palk. Joe interpreta wkoll il-parti tal-Brigadier fil-kummiedja `Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`.


Previous - Next

Giliane Fenech twieldet fil-21 ta`Gunju, 1987. Ilha fl-arti tar-rectar madwar ghaxar snin, minn mindu kellha 9 snin, imma kattret l-interess taghha meta dahlet l-Juniour College fejn bdiet tiehu sehem regolari fis-`Soires` li jsiru, tant li f`sena minnhom hi flimkien ma shabha telghu jaghmlu diversi performances f`Heidelberg, il-Germanja. Hija hadet sehem ukoll fil-produzzjonijiet; `7 Brides for 7 Brothers`, `Oliver Twist`, `The Boyfriend`, `The Life of Mother Theresa`, `Mozart, His Life`  - The Musical u diversi performances ohra li f`hafna minnhom interpretat il-parti principali. Bdiet tiehu l-korsijiet tad-drama mal-Masquerade Theatre Arts School, fejn ghadha tattendi sa llum. Giliane interpretat il-parti ta`Margaret fid-dramm Hati ghax Habb. 

 
Lorraine Sultana twieldet fit-3 ta`Ottubru 1968, il-Pieta. Mindu kienet ghadha tifla kienet tirrecta waqt il-plays u l-annual concerts ta`l–iskola. Ghamlet perjodu qasir tirrecta gewwa Deporres Hall tas-Sliema taht id-direzzjoni ta`Martin Borg. Hadet sehem fost l-ohrajn fid-dramm l-‘Gharusa tal-Mosta’ u ‘Snow White u s-Seba Nani’ Ghal dawn l-ahhar 14 -il sena hija waqfet daqsxejn mix-xena teatrali u bdiet torganizza konkorsi tas-sbuhija u mmudellar u fejn tellghet ‘il fuq minn 70 partecipanta f’konkorsi nternazzjonali li nofshom gew lura b’rizultati tajbin. Fost dawn wiehed tajjeb isemmi t-tieni post minn hamsin pajjiz gewwa t-Turkija u tielet post gewwa l-Bulgaria, s-sitt post gewwa l-Afrika t`Isfel u t-8 u d-9 post minn 90 kontestanta gewwa Zimbabwe u Tanzania. Il-konkorsi lokali jigu murija fuq it-televizjoni. Kellha wkoll sehem fil-produzzjoni tal-programm televiziv dwar il-moda “Pret-A-Porter”fl-2000.

Kellha l-opportunita li torganizza konkors internazzjonali gewwa l-Egittu ghal 4 snin shah li gew trasmessi fuq it-televizjoni nazzjonali Egizzjana u Egytian Satelitte TV u zewg fashion shows gewwa l-Libya. Mistiedna kienu n-nisa tal-Prim Ministri kollha ta l-Afrika fosthom tal-pajjizi tal-Kosta tal-Avorju, in-Nigerja, is-Senegal, l-Afrika Centrali u l-mistiedna specjali kienet is-Sinjura Sofia Gaddafi.

Biss il-palk dejjem baqa f`qalbha u wara waqfa ta`diversi snin semghet bil-produzzjoni l-gdida All For One u baghtet applikazzjoni biex tinghaqad mat-tim. Hija tirringrazzja lil All For One Productions illi tawha l-opportunita u hadmet il-parti ta`Lukarda Cefai fil- kummiedja brillanti “Spiru Cefai f’Missjoni Impossibli.”


Previous - Next

Make Up Artist

Jacqueline Zammit twieldet fit-8 ta`April, 1969. Toqghod Haz-Zebbug. L-arti fiha nfisha, minn dejjem kienet toghgobha, dik ta`kwalunkwe tip. Fill-fatt minn mindu kienet zghira hadet diversi korsijiet abbinati mal-arti `Glass Painting`, `Parchment`, `Recycling Crafts` u anke kors tal-Ganutell. Bdiet tinteressa ruhha wkoll fl-arti tal-make up, haga li spikkat fiha iktar minn delizzji ohra u llum hija wisq ghal qalbha. Infatti bdiet tattendi diversi korsijiet abbinati ma din l-arti, fosthom hadet xi korsijiet tal-make up mal-ghalliema Jackie Magro. Hawn tghallmet hafna, biss minn dejjem xtaqet li mit-taghlim tmur ghall-prattika. Fil-fatt bdiet taghmel il-face painting ghat-tfal f`diversi okkazjonijiet. Jacqueline jew kif inhi ahjar maghrufa fost it-tim bhala - Jackie inghaqdet ma All For One Productions fl-ewwel produzzjoni u it-tim jinsab onorat ghax marret tajjeb hafna. Jackie llum hija l-make up artist tal-produzzjoni.   


Make Up Artist

Deborah Costa twieldet fil-15 ta`Lulju, 1988. Toqghod iz-Zejtun. Hija tfajla avventuruza hafna u ma tiddejjaq xejn tiskopri affarijiet godda. Mindu kienet zghira, kienet tiehu sehem fiz-zfin u anke rectar l-iskola. Iktar il-quddiem bdiet tiehu sehem f`diversi serati li kienu jittellghu, flimkien mal-grupp ta`adoloxxenti gewwa Haz-Zabbar. Fl-2003 xtaqet tkompli tistudja iktar l-arti tar-rectar u thajret tiehu xi korsijiet tad-drama. Hadmet ma diversi tutors u diretturi f`Malta fosthom John Suda, Simon Curmi u anke Simon Bartolo fis-`soiree` gewwa l-Junior College. L-imhabba lejn ir-rectar baqghet tispikka fiha tant illi kompliet l-istudji akkademici taghha gewwa l-Universita ta`Malta, propju fil-kors ta`Theatre Studies`. Fl-Universita ta`Malta kellha l-opportunita tahdem f`diversi workshops ma Frank Camilleri u anke Dr John Schranz. Is-sena li ghaddiet kellha l-opportunita flimkien ma shabha li turi t-talenti taghha gewwa l-Germanja u tahdem f`workshop flimkien ma diversi atturi u zeffiena barranin.

Lill-Deborah toghgobha wkoll l-arti tal-make up. Fil-fatt din is-sena hadet kors ta`Theatre Make up gewwa l-MCAST, that it-tutor Anton Farrugia, wiehed mill-iktar make up artists stabbiliti fix-xena tal-palk u t-televizjoni. Hija kellha l-ewwel esperjanza taghha bhala make up artist ma All For One Productions fil-produzzjoni `Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`. Deborah jew kif isejhula Debbie tittama li jkollha iktar opportunitajiet ghax f`dak illi jirrigwarda l-arti tal-palk, kollox huwa marbut ma qalbha.



Previous - Next

Backstage

Roderick Stafrace twieled fl-1978. Huwa jghix l-Isla. Roderick huwa l-Producer ta`Stafrace Productions, kumpannija gdida mwaqqfa dawn l-ahhar snin. Huwa ghandu t-talent tal-kitba. Kiteb diversi skripts kemm ghall-palk kif ukoll ricentament kiteb xi xoghol ghat-televizjoni li ser jibda jingibed fil-futur qarib. L-iktar li jippreferi l-kitba serja ghax fiha jhoss diversi emozzjonijiet. Barra minn dan Roderick ghandu t-talent tat-tpingija. Huwa hadem diversi xogholijiet u bena diversi settijiet fuq il-palk. Minbarra li Roderick jghin lil All For One Productions fil-bini tas-sett, u jiddisinja x-xenarji, huwa jaghmel parti mit-tim tal-backstage.



Previous - Next

Backstage

James Pace twieled fl-1986. Joqghod Hal Qormi. Beda jiehu interess fir-rectar madwar hames snin ilu, fl-ewwel sena tieghu l–Junior College, meta ha sehem fil-`Junior College Soiree`. Sentejn wara beda jiehu l-korsijiet tad-drama, mat-tutor John Suda. Din l-esperjenza sabiha kompliet izzid l-interess fih u anke kellu xi opportunitajiet kemm ghall-palk u anke ghat-televizjoni. Huwa kellu partijiet sekondarji fis-sensiliet Simpatici, Miraklu, Fredu l-Fra, Pupi, Marvin u anke kellu sehem fi produzzjonijiet ghall-palk fid-dramm tal-passjoni ma Bronk Productions, Gesu ta`Nazareth, Sultan tal-Lhud u f`diversi performances li jittellghu fl-end of courses. Ghall-futur James jixtieq jitghallem aktar dwar din l-arti li llum saret parti minn hajjtu. James interpreta l-parti ta`Richard Rich fid-dramm Hati Ghax Habb. Huwa minbarra li jirrecta, jghin ukoll fl-armar tas-sett. James huwa wiehed mit-tim tal-backstage ta`All For One Productions. James interpreta l-parti ta`Mussolini fil-kummiedja `Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`.



Previous - Next

Backstage

Rudy Emmanuel Catania twieled fit-12 ta`Awwissu, 1989. Residenti San Gwann. Ghandu diversi passatempi, fost dawn insemmu r-rectar, l-immudellar, il-kant u anke z-zfin. Beda jiehu l-korsijiet tal-`Modelling` minn mindu kien ghadu zghir, minn fejn imbaghad ha sehem f`diversi serati madwar Malta u anke Ghawdex. Huwa attenda wkoll diversi korsijiet tad-drama, kant  u anke taz-zfin minn mindu kellu erbatax-il sena. Bhala zfin jippreferi dak `Latin` u anke `Ballroom`. Huwa ha sehem ukoll f`diversi serati abbinati mal-arti tar-rectar fosthom f`dawk l-aktar li spikka f`serata dwar l-Assedju l-Kbir u anke f`attivita marbuta mal-Kavallieri u l-Maltin imsejha `Inguardia`. All For One Productions gharfet it-talenti ta`Rudy u l-quddiem ser ikun impenjat sew mal-produzzjoni kemm f`dak li jirrigwarda kant, zfin u anke rectar. Rudy interpreta l-parti tas-seftur fid-dramm Hati Ghax Habb. Huwa jaghmel parti wkoll mit-tim tal-backstage.  Interpreta wkoll il-parti ta`Pawlu fil-kummiedja ` Spiru Cefai F`Missjoni Impossibbli`.

_________________________________________________________________________________________________________________


Previous - Next

Backstage

Joseph Cauchi twieled fit-28 ta`Frar, 1970. Joqghod Rahal Gdid. Huwa jhobb jilghab il-futbol, u jsegwi hafna t-televizjoni, l-iktar li jhobb isegwi dawk li huma produzzjonijiet Maltin ghax jemmen hafna li f`Malta ghandna talent. Huwa jhobb ukoll ta`sikwit jattendi t-teatru u jsegwi l-produzzjonijiet li jittellghu fl-istagun teatrali. Biss minn dejjem xtaq illi jinghaqad ma xi kumpannija teatrali u mhux biss jibqa jsegwi mill-udjenza imma jitla jahdem wara l-kwinti. Huwa inghaqad ma All For One Productions fl-ewwel produzzjoni u ghen fl-armar tas-sett. Kienet l-ewwel esperjenza ghalih fil-bini ta`sett ghall-palk u sfida nteressanti. Ilum Joseph huwa wiehed mill-crew tal-backstage.

 
Our Sponsors:
Storm Design
Piscopo Gardens LTD
Silvercraft Products LTD
Tel : 99897800
Tel : 21583755
Tel : 21898046
  J.G Ironmonger
  Huan Yuan Cantonese Restaurant
  Foto Studio - Independence
  Avenue - Mosta
Tel : 21484198
Tel : 99476702         
Tel: 21438825
 
   
 
Web Design, Maintenance and Hosting By :  Storm Design Malta - http://www.storm-design.net - info@storm-design.net
All designs (C) Copyright - Storm Design 1999 - 2008
All photos and video material (c) their respective autors.